Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Klingel vs UASI – Develey (JUNGBORN)

(Kawża T-401/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddeżinja lill-Komunità Ewropea – Trade mark verbali JUNGBORN – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BORN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Klingel OHG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Zeiher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Develey Holding GmbH & Co. Beteiligungs KG (Unterhaching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)SuġġettRikors ipprezentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2012 (Każ R 936/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Develey Holding GmbH & Co. Beteiligungs KG u Robert Klingel OHG.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Robert Klingel OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.