Language of document : ECLI:EU:T:2013:265





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Mejju 2013 — FH vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑405/12)

“Rikors għal annullament u għad-danni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira d-drittijiet ta’ aċċess tar-rikorrent għall-bini tagħha — Rikors għal annullament — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Dannu — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors — Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent — Interessi marbuta ma’ sitwazzjonijiet futuri u inċerti — Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 15, 16, 20, 23)

2.                     Rikors għad-danni — Awtonomija fil-konfront tar-rikors għal annullament — Limiti — Rikors intiż għall-irtirar ta’ att li sar definittiv — Inammissibbiltà (Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 28-30)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 32, 33)

4.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dannu — Dannu li jista’ jiġi kkumpensat — Spejjeż sostnuti għall-finijiet tal-proċedura ġudizzjarja — Esklużjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 37, 38)

5.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Rabta kawżali — Kunċett — Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 40, 41)

Suġġett

Minn naħa, talba għal-annullament tad-deċiżjoni tal-10 ta’ Lulju 2012, li permezz tagħha l-Kummissjoni tirtira d-drittijiet ta’ aċċess tar-rikorrent għall-bini tagħha kif ukoll tar-rettifika tal-11 ta’ Lulju 2012 u, min-naħa l-oħra, talba għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FH għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk inkorsi mill-Kummissjoni Ewropea.