Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Schlyter vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-402/12) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) – Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet ta’ investigazzjoni – Regolament (KE) Nru 1367/2006 – Artikolu 6(1) – Opinjoni dettaljata tal-Kummissjoni li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar id-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli, innotifikat mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/34/KE – Rifjut ta’ aċċess”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Carl Schlyter (Linköping, l-Isvezja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira, A. Tokár u C. Zadra, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: S. Hartikainen, aġent); u r-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, C. Stege, S. Johannesson u H. Karlsson, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: B. Beaupère-Manokha, D. Colas u F. Fize, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li rrifjutat, matul il-perijodu ta’ statu quo, l-aċċess għall-opinjoni dettaljata tagħha li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar il-kontenut u r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli (2011/673/F), li kienet ġiet innotifikata lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8). DispożittivId-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li rrifjutat, matul il-perijodu ta’ statu quo, l-aċċess għall-opinjoni dettaljata tagħha li tirrigwarda abbozz ta’ digriet dwar il-kontenut u r-rekwiżiti ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat ta’ nanopartiċelli (2011/673/F), li kienet ġiet innotifikata lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, hija annullata. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Carl Schlyter.Ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.