Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-404/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear iżolat bil-gass – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali – Multi – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Ammont inizjali – Livell ta’ kontribuzzjoni għal ksur”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, u A. Schulz u S. Sakellariou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4381, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (li sar l-Artikolu 101 TFUE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corp. u Toshiba Corp. (Kawża COMP/39.966 – Switchgear Iżolat bil-Gass – Multi), u, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Toshiba Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 343, 10.11.2012.