Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Awwissu 2009 - Müller-Boré & Partner vs UASI - Popp et (MBP)

(Kawża T-338/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Müller-Boré & Partner (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Osterrieth u T. Schmitz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: E. Popp (Munich, il-Ġermanja), W. E. Sajda (Munich), J. Bohnenberger (Munich), V. Kruspig (Munich)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-23 ta' Ġunju 2009, fil-Każ R 1176/2007-4, u li tbiddilha fis-sens li l-appell u l-oppożizzjoni jiġu miċħuda kompletament;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "MBP" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42 (Applikazzjoni Nru 1 407 857)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: E. Popp, W. E. Sajda, J. Bohnenberger u V. Kruspig

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "ip_law@mbp." għal servizzi fil-klassi 42 (Trade mark Komunitarja Nru 667 105), kif ukoll l-isem kummerċjali speċifiku "mbp.de" fis-sens tal-Markengestetz (liġi Ġermaniża dwar it-trade marks)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009  għaliex ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).