Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/09) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Għajnuna għall-provvista ta’ servizzi għall-pubblikazzjoni u għall-komunikazzjoni fir-rigward tas-sit tal-internet CORDIS – Rifjut tal-offerti ta’ offerent u deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti lil offerenti oħra – Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 148(1) u (3) tar-Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 li ma tilqax l-offerti tagħha, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti Nru 10017 (CORDIS), rispettivament għal-Lott B, intitolat “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni”, u għal-Lott C, intitolat “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali”, u li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għall-istess sejħa għal offerti, bħala t-tielet kuntrattur għal-Lott E, intitolat “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % mill-ispejjeż tagħha u 10 % mill-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.