Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Awwissu 2009 - Häfele vs UASI - Topcom Europe (Topcom)

(Kawża T-336/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Häfele GmbH & Co. KG (Nagold, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Topcom Europe NV (Heverlee, il-Belġju)

Talbiet tar-rikorrenti

tħassar id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2009 fil-Każ R 1500/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Topcom", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "TOPCOM" għal prodotti fil-klassi 9; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark fil-Benelux tat-trade mark verbali "TOPCOM" għal prodotti fil-klassi 9.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċuħda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ, oppożizzjoni aċċettata u deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009) sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati u dan minħabba li l-prodotti inkwistjoni la jixxiebhu u lanqas ma jikkomplementaw lil xulxin.

____________