Language of document : ECLI:EU:T:2012:248





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Mejju 2012 — Il‑Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/10)

“FAEGG — Taqsima ‘Gwida’ — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Miżuri ta’ sostenn għall-investimenti fl-impriżi agrikoli — Effettività tal-kontrolli”

1.                     Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEGG — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet — Terminu — Nuqqas ta’ osservanza — Effett fuq l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrifjuta t-teħid ta’ responsabbiltà għall-infiq inkors irregolarment fid-dawl tar-regoli Komunitarji — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 1260/1999, Artikoli 38 u 39; Regolament tal-Kummissjoni Nru 448/2001, Artikolu 5(3)) (ara l-punt 32)

2.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni dwar il-clearance tal-kontijiet skont l-infiq iffinanzjat mill-FAEGG (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 65)

3.                     Stati Membri — Obbligi — Obbligu ta’ kooperazzjoni leali — Applikazzjoni tar-regoli proċedurali u sostanzjali tad-dritt nazzjonali — Kundizzjonijiet (Artikolu 4(3) TUE) (ara l-punt 74)

4.                     Agrikoltura — FAEGG — Clearance tal-kontijiet — Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal infiq minħabba irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja — Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat — Oneru tal-prova — Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (ara l-punti 75, 109)

5.                     Rikors għal annullament — Att ikkontestat — Evalwazzjoni tal-legalità — Kriterji (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 86)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4255, tad-29 ta’ Ġunju 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI 1999.PT.06.I.PO.007 (Il-Portugall — programm nazzjonali Objettiv Nru 1) fir-rigward tal-miżura “Investimenti fl-impriżi agrikoli”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.