Language of document : ECLI:EU:T:2013:201





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ April 2013 — Adelholzener Alpenquellen vs UASI (Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat)

(Kawża T‑347/10)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ flixkun b’disinn intaljat — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ dikjarazzjoni fuq il-limitu tal-protezzjoni — Artikolu 37(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trademark tridimensjonali rrappreżentata f’forma ta’ flixkun b’disinn intaljat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 17, 22-41)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ reġistrazzjoni — Eżami tal-applikazzjoni — Trade mark li għandha element li ma huwiex ta’ karattru distintiv — Possibbiltà għall-Uffiċċju li jitlob dikjarazzjoni dwar dan l-element — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 37(2)) (ara l-punt 48)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 53-56)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ġunju 2010 (Każ R 1516/2009‑1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali rrappreżentat f’forma ta’ flixkun b’disinn intaljat bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adelholzener Alpenquellen GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.