Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie (il-Polonja) fl-1 ta’ Frar 2024 – Zwrotybankowe.pl sp. z o.o. vs Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A.

(Kawża C-80/24, Zwrotybankowe.pl)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy dla Warszawy - Śródmieścia w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zwrotybankowe.pl sp. z o.o.

Konvenut: Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski S.A.

Domandi preliminari

1)    L-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li konsumatur jittrasferixxi lil terz, li ma għandux l-istatus ta’ konsumatur, id-drittijiet mogħtija lilu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva?

2)    L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-obbligu tal-imħallef li jeżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali japplika wkoll għal klawżola f’kuntratt għat-trasferiment ta’ krediti konkluż bejn konsumatur u terz, meta t-terz invoka l-imsemmi kuntratt bħala l-locus standi tiegħu fi proċedura ġudizzjarja kontra l-bejjiegħ jew il-fornitur li kien il-parti kontraenti oriġinali tal-konsumatur?

____________

1     ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288, rettifika fil-ĠU 2023, L 17, p. 100.