Language of document : ECLI:EU:T:2012:625





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-27 ta’ Novembru 2012 – Steinberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/10)

“Rikors għal annullament — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil organizzazzjonijiet mhux tal-gvern Iżraeljani u Palestinjani fil-kuntest tal-programm ‘Sħubija għall-paċi’ u tal-Istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tas-sigurtà pubblika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Aċċess għal dokumenti — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 44)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti — Atti preparatorji — Esklużjoni — Teħid ta’ pożizzjoni inizjali fil-kuntest tal-proċedura dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Kummissjoni — Att preparatorju (Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001) (ara l-punti 47, 48)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Interpretazzjoni u applikazzjoni stretti — Obbligu tal-istituzzjoni li twettaq eżami konkret u individwali tad-dokumenti — Portata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4(2),(3) u (6)) (ara l-punti 53-55)

4.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Limiti (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a)) (ara l-punti 62-64)

5.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 4) (ara l-punti 66, 67)

6.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Terminu mogħti sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess — Proroga li tista’ tingħata darba waħda biss — Assenza ta’ deċiżjoni mal-iskadenza tat-terminu pprorogat — Tnissil ta’ deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda li tista’ tiġi kkontestata (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikolu 8) (ara l-punt 99)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D (2009) 3914, tal-15 ta’ Mejju 2009, li tiċħad parzjalment l-aċċess lir-rikorrent għal ċerti dokumenti dwar id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament fir-rigward tas-sussidji mogħtija lil organizzazzjonijiet mhux tal-gvern Iżraeljani u Palestinjani fil-kuntest tal-programm “Sħubija għall-paċi” u tal-Istrument Ewropew għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem (IEDDB).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u bħala parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

2)

G. Steinberg għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.