Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/13) 1

(“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali – Żoni ta’ żvantaġġi naturali – Korrezzjoni finanzjarja fissa – Infiq imwettaq minn Franza – Kriterju ta’ tagħbija – Kontrolli fuq il-post – Garanziji proċedurali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, D. Colas, C. Candat u G. de Bergues, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad, sussegwentement A. Sampol Pucurull, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20).

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja fil-konfront tar-Repubblika Franċiża fil-kuntest ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali għan-nagħaġ li ma kinux is-suġġett ta’ primjum tan-nagħaġ għas-snin finanzjarji 2008 u 2009.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess u tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess u kwart tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża.

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1     ĠU C 207, 20.07.2013.