Rikors ippreżentat fit-28 ta' Marzu 2012 - Wehmeyer vs UASI - Cluett, Peabody (Fairfield)
(Kawża T-139/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wehmeyer GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cluett, Peabody & Co. Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 2509/2010-1;
tiċħad l-oppożizzjoni magħmula mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja "Fairfield"; u
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Fairfield", għal prodotti fil-klassijiet 3, 14, 18 u 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6294342
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3079481 tat-trade mark figurattiva "FAIRFIELD BY ARROW", għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: trade mark inkwistjoni parzjalment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta stabbilixxa li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trademarks.
____________