Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Kåska (smål)
(Kawża T-279/23) 1
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva smål – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u nazzjonali verbali preċedenti SUMOL – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Identiċità tal-prodotti – Karattru distintiv imsaħħaħ bl-użu tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001”)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sumol + Compal Marcas SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentant: R. Milhões, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Kåska Oy (Ħelsinki, il-Finlandja)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-1 ta’ Marzu 2023 (Każ R 2295/2022-5).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Sumol + Compal Marcas SA u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
____________
1 ĠU C 235, 3.7.2023.