Language of document : ECLI:EU:T:2013:142





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013 – Bank Saderat vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑495/10)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Entità miżmuma 100 % minn entità rikonoxxuta bħala implikata fil-proliferazzjoni nukleari – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni jew regolament li fil-mori tal-kawża jissostitwixxi l-att ikkontestat – Element ġdid – Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (ara l-punti 36, 37)

2.                     Unjoni Ewropea – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi rikonoxxuti mill-Kunsill bħala li jipparteċipaw fil-proliferazzjoni nukleari – Obbligu li testendi din il-miżura lill-entitajiet miżmuma jew ikkontrollati minn tali entità – Kwalità ta’ entità miżmuma jew ikkontrollata – Implementazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni – Assenza ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill – Rikors intiż għall-annullament tal-atti li jipprevedi l-miżura ta’ ffriżar ta’ fondi – Neċessità li tinvoka l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni permezz ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità (Artikolu 277 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Artikolu 7(2)(d), Nru 961/2010, Artikolu 16(2) u Nru 267/2012, Artikolu 23(2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, Artikolu 20(1)(b)) (ara l-punti 50-54)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Rekwiżiti minimi – Ksur – Annullament parzjali tal-atti kkontestati (paragrafu 2 tal-Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 961/2010, Artikolu 36(3) u Nru 267/2012, Artikolu 46(3); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, Artikolu 24(3)) (ara l-punti 62-64, 89)

4.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra – Portata – Ksur – Annullament parzjali tal-atti kkontestati (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Nru 961/2010 u Nru 267/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413) (ara l-punti 65-67, 69, 97, 107-110)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari – Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti – Dritt suġġett għal applikazzjoni f’dan is-sens lill-Kunsill (Regolamenti tal-Kunsill Nru 423/2007, Nru 961/2010 u Nru 267/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413) (ara l-punti 68)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), tar-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà fir-rigward tar-rikorrent tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2008, L 195, p. 25), tal-Artikolu 16(2)(a) tar-Regolament Nru 961/2010 u tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 267/2012.

Dispożittiv

1)

Huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Bank Saderat plc:

–        il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK;

–        il-punt 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

–        il-punt 7 tat-Tabella B, taħt it-Titolu I, tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413;

–        il-punt 7 tat-Tabella B tal-Anness VIII tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007.

2)

L-effetti tal-annullament tad-Deċiżjoni 2010/413 u tad-Deċiżjoni 2010/644 huma limitati għall-perijodu preċedenti għad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba ta’ Bank Saderat intiża sabiex ir-Regolament Nru 961/2010 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010, ikunu annullati b’effett immedjat.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.