Language of document : ECLI:EU:T:2013:117





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Marzu 2013 — Mayer Naman vs UASI — Daniel e Mayer (David Mayer)

(Kawża T‑498/10)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva David Mayer — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti DANIEL & MAYER MADE IN ITALY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 35(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba tal-prova tal-użu ġenwin imressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Tardività — Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Suġġett tat-tilwima — Definizzjoni — Emenda fil-mori tal-kawża — Projbizzjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-bordijiet tal-appell — Teħid inkunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-punti ta’ liġi u ta’ fatt li ma ġewx ippreżentati preċedentement quddiem l-istanzi tal-Uffiċċju — Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(4); Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 65(2) u 76) (ara l-punt 25)

3.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Eżami tat-talba — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant — Possibbiltà li r-rikors jiġi ppreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regoli 20(2), 22(1) u 40(6)) (ara l-punti 34-37)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 46-48)

5.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet relattivi ta’ invalidità — Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva David Mayer u trade mark verbali DANIEL & MAYER MADE IN ITALY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 53, 73, 101, 115)

6.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punt 56)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura kumplimentari tal-prodotti — Ilbies, żraben u xedd ir-ras li jaqa’ taħt il-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice u aċċessorji għall-ilbies f’ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda li jaqa’ taħt il-klassi 18 fis-sens tal-imsemmi ftehim (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 68-70)

8.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali — Teħid inkunsiderazzjoni tal-modalitajiet oġġettivi ta’ kummerċjalizzazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))(ara l-punti 106, 107)

9.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Koeżistenza ta’ żewġ trade marks f’suq iddeterminat (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 108)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas‑26 ta’ Lulju 2010 (Każ R 413/2009‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Daniel e Mayer Srl u David Mayer Naman.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

David Mayer Naman huwa kkundannat għall-ispejjeż.