Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ottubru 2010 - Mayer Naman vs UASI - Daniel e Mayer (David Mayer)

(Kawża T-498/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: David Mayer Naman (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Sutti, avukat, S. Cazzaniga, avukat, V. Fedele, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Daniel e Mayer Srl (Milan, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark figurattiva li fiha l-element verbali "David Mayer" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 518 950), sabiex tiddistingwi, fost l-oħrajn, prodotti fil-klassijiet 18 u 25.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Daniel & Mayer Srl

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "DANIEL & MAYER MADE IN ITALY" (Nru 472 351), sabiex tiddistingwi prodotti fil-klassi 25, u t-trade mark verbali mhux irreġistrata "DANIEL & MAYER", użata fl-Italja fir-rigward tal-"produzzjoni u bejgħ ta' ħwejjeġ u aċċessorji".

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________