Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Bitiqi et vs Il-Kummissjoni et
(Kawża T‑410/13)
“Rikors għal annullament – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Missjoni ‘L-Istat tad-dritt’ immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo) – Persunal bil-kuntratt – Deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”
Rikors għal annullament – Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Inammissibbiltà (Artikoli 256 TFUE, 263 TFUE, 272 TFUE u 274 TFUE) (ara l-punti 26-28, 36, 37)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kap tal-missjoni “L-Istat tad-Dritt” immexxija mill-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (Eulex Kosovo), tas-27 ta’ Mejju u tat-2 ta’ Lulju 2013, li ma jiġġeddux il-kuntratti ta’ xogħol tar-rikorrenti. |
Dispożittiv
2) | | Burim Bitiqi, Arlinda Gjebrea, Anna Gorska, Agim Hajdini, Josefa Martínez Estéve, Denis Vasile Miron, James Nicholls, Zornitsa Popova Glodzhani, Andrei Mihai Popovici, Amaia San José Ortiz huma kkundannati għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u minn Eulex Kosovo. |
3) | | Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |