Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Settembru 2012 – HerkuPlast Kubern vs UASI – How (eco-pack)
(Kawża T-445/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja eco-pack — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti ECOPAK — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 16 u 39)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark figurattiva eco-pack u trade marks verbali ECOPAK (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28 u 40)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1014/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn HerkuPlast Kubern GmbH u Heidi A. T. How. |
Dispożittiv
1) | | Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta’ Lulju 2010, (Każ R 1014/2009-4) hija annullata. |
2) | | L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn HerkuPlast Kubern GmbH. |