Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Ottubru 2008 - Notarnicola vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-85/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pietro Notarnicola (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Gross, avocat)

Konvenuta: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tinforma lir-rikorrent dwar it-tkeċċija tiegħu, kif ukoll li r-rikorrent jitqiegħed mill-ġdid fil-funzjoni li kien fiha qabel u, sussidjarjament, il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta' somma bħala kumpens għad-dannu materjali u morali subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta' Lulju 2008, u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta' Marzu 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar it-tkeċċija tiegħu mill-15 ta' April 2008;

terġa' tqiegħed lir-rikorrent fil-pożizzjoni ta' membru tal-persunal kuntrattwali skont il-kuntratt tat-23 ta' Awwissu 2007, bil-ħlas retroattiv tas-salarju mis-16 ta' April 2008, sad-data tad-deċiżjoni;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta' EUR 60 500 għad-dannu materjali u EUR 5 000 għad-dannu morali subit mir-rikorrent.

____________