Language of document : ECLI:EU:C:2017:590

Kawża C225/16

Proċeduri kriminali

kontra

Mossa Ouhrami

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment – Direttiva 2008/115/KE – Artikolu 11(2) – Deċiżjoni ta’ projbizzjoni fuq id-dħul meħuda qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva u li tirrigwarda perijodu itwal minn dak previst mill-imsemmija direttiva – Bidu tad-dekorrenza tal-perijodu ta’ projbizzjoni fuq id-dħul”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Lulju 2017

1.        Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Dispożizzjoni li ma tinkludi ebda riferiment espliċitu għad-dritt tal-Istati Membri – Interpretazzjoni awtonoma u uniformi – Applikabbiltà għad-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tal-projbizzjoni fuq id-dħul ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jissoġġorna illegalment fis-sens tad-Direttiva 2008/115

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, premessa 9 u Artikolu 11(2))

2.        Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment – Projbizzjoni fuq id-dħul – Bidu tad-dekorrenza tal-effetti tal-imsemmija projbizzjoni fuq id-dħul – Data tat-tluq effettiv tal-persuna kkonċernata mit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115, Artikolu 11(2))

3.        Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-immigrazzjoni – Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li jissoġġornaw illegalment – Deċiżjoni ta’ ritorn, akkumpanjata minn projbizzjoni fuq id-dħul, meħuda kontra tali ċittadin meqjus bħala perikolu għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà nazzjonali – Nuqqas ta’ suċċess tal-proċedura ta’ ritorn tal-imsemmi ċittadin – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fil-konfront ta’ tali ċittadin – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/115)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 38-41)

2.      L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tul tal-projbizzjoni fuq id-dħul prevista f’din id-dispożizzjoni, li bħala prinċipju ma jeċċedix il-ħames snin, għandu jiġi kkalkolat b’effett mid-data li fiha l-persuna kkonċernata tkun telqet effettivament mit-territorju tal-Istati Membri.

Għaldaqstant, għalkemm id-Direttiva 2008/15 tagħti lill-Istati Membri, bis-saħħa tal-Artikolu 6(6) tagħha, il-possibbiltà li jadottaw fl-istess ħin id-deċiżjoni ta’ ritorn u l-projbizzjoni fuq id-dħul, mill-istruttura ta’ din id-direttiva jirriżulta madankollu b’mod ċar li dawn iż-żewġ deċiżjonijiet huma distinti, peress li l-ewwel waħda tnissel il-konsegwenzi tal-illegalità tas-soġġorn illegali, filwaqt li t-tieni waħda tirrigwarda soġġorn sussegwenti eventwali billi tirrendi tali soġġorn illegali.

(ara l-punti 50, 58, u d-dispożittiv)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 54-57)