Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta' Marzu 2008 - Tiralongo vs Il-Kummissjoni
(Servizz Pubbliku - Eks membru tal-persunal temporanju - Rikors - Rikors għal danni - Nuqqas ta' tiġdid ta' kuntratt definittiv - Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giuseppe Tiralongo (Ladipoli, l-Italja) (rappreżentanti: F. u R. Sciaudone u S. Frazzani, avocats)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Suġġett
Kundanna tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tikkumpensa d-danni materjali u morali allegatament imġarrba mir-rikorrent minħabba l-aġir illegali li wettaq l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi b'mod partikolari fil-kuntest tat-tiġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal temporanju.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 183, 04.08.07 p. 43.