Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Marzu 2012 - Bial - Portela vs UASI - Probiotical (PROBIAL)

(Kawża T-113/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial - Portela & Ca, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Probiotical SpA (Novara, l-Italja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta' Diċembru 2011 fil-Każ R 1925/2010-4;

tordna lill-konvenut jiċħad l-għoti tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarju Nru 2408128 "PROBIAL"; u

tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva bil-blu skur u ċelesti "PROBIAL" għall-oġġetti fil-klassijiet 1, 5 u 31 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarju Nru 2408128

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: It-trade mark Portugiża b'reġistrazzjoni Nru 155284 tat-trade mark verbali "Bial", għall-oġġetti fil-klassi 5; it-trade mark "Bial" li huwa magħruf sew fil-Portugall; it-trade mark Komunitarju b'reġistrazzjoni Nru 1400183 tat-trade mark figurattiva f'iswed u abjad "Bial", għall-oġġetti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 42; it-trade mark Spanjol b'reġistrazzjoni Nru 2026481 tat-trade mark figurattiv f'iswed u abjad "Bial", għal servizzi fil-klassi 35; reġistrazzjoni internazzjonali Nru 490635 għat-trade mark f'karattri standard "Bial", għall-oġġetti fil-klassi 5; l-emblema tal-istabbiliment Nru 868 tas-sinjal figurattiv "Bial"; Isem tal-istabbliment Nru 35157 għall-kelma "Bial"; it-tip logo Nru 951 tas-sinjal figurattiv "Bial"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li t-trade marks inkwistjoni ma kinux jixxiebhu b'mod li joħolqu konfużjoni.

____________