Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2014 – Bial-Portela vs UASI – Probiotical (PROBIAL)

(Kawża T-113/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PROBIAL – Trade marks nazzjonali, internazzjonali, Komunitarja verbali u figurattivi preċedenti, sinjal, isem kummerċjali u logo Bial – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bial-Portela & Cª, SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Probiotical SpA (Novara, l-Italja) (rappreżentant: I. Kuschel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1925/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca, SA u Probiotical SpA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bial-Portela & Ca, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 165, 09.06.2012.