Language of document : ECLI:EU:T:2013:411

Kawża T‑110/12

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Iranian Offshore Engineering & Construction Co.

vs

Il‑Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-aġġustament tat-talbiet — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla)

tas-6 ta’ Settembru 2013

1.      Proċedura ġudizzjarja — Atti li jħassru u jissostitwixxu fil-mori tal-kawża l-atti kkontestati — Talba għall-aġġustament tat-talbiet għal annullament imressqa fil-mori tal-kawża — Terminu għat-tressiq ta’ tali talba — Bidu tad-dekorrenza — Data ta’ komunikazzjoni tal-att ġdid lill-persuni kkonċernati

(Is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 102(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, Artikolu 24(3); Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX)

2.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Identifikazzjoni tal-motivi mis-sustanza tagħhom u mhux mill-klassifikazzjoni formali tagħhom

3.      Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest li għandha għarfien tiegħu l-persuna kkonċernata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda fir-rigward tagħha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja

(Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, Artikolu 1; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1245/2011, Artikolu 1 u Nru 267/2012)

5.      Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata

(Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, Artikolu 1; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1245/2011, Artikolu 1 u Nru 267/2012)

6.      Rikors għal annullament — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Limitazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Annullament f’żewġ mumenti differenti ta’ żewġ atti li jinkludu miżuri restrittivi identiċi — Riskju ta’ ksur gravi għaċ-ċertezza legali — Żamma tal-effetti tal-ewwel wieħed minn dawn l-atti sat-teħid ta’ effett tal-annullament tat-tieni wieħed

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 264 TFUE u l-Artikolu 280 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 60; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/783/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Anness IX)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 16-18, 20, 21)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 29)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 30)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 37-41)

5.      Kunsiderazzjonijiet imperattivi li jikkonċernaw is-sigurtà jew it-tmexxija tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha jistgħu jipprekludu l-komunikazzjoni ta’ ċerti provi lill-partijiet ikkonċernati u, għaldaqstant, is-smigħ tagħhom dwar dawn il-provi. Madankollu, din l-eċċezzjoni ġġustifikata tad-drittijiet tad-difiża għandha tiġi rrikonċiljata mar-rispett tad-dritt ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv, indipendenti u imparzjali, li bis-saħħa tiegħu l-qorti tal-Unjoni għandha tkun fil-pożizzjoni li tistħarreġ il-legalità tal-miżuri ta’ ffriżar tal-fondi, mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu invokati kontriha s-segretezza jew il-kunfidenzjalità tal-provi u tal-informazzjoni użati mill-Kunsill.

(ara l-punti 52, 53)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 74-78)