Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Jannar 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/12) 1

(“Fond ta’ Koeżjoni – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia, aġent, assistita inizjalment minn J. Rivas Andrés u minn X. M. García García, sussegwentement minn J. Rivas Andrés, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura – 2001” (CCIº2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero – 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia – 2001 – Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9990, tat-22 ta’ Diċembru 2011, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija għall-proġetti li ġejjin “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura – 2001” (CCIº2001.ES.16.C.PE.043), “Provvista ta’ ilma u netwerk ta’ tisfija fil-baċir idrografiku ta’ Duero – 2001” (CCI 2000.ES.16.C.PE.070), “Ġestjoni tal-iskart solidu tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia – 2001 – Grupp II” (CCI 2001.ES.16.C.PE.026) u “Sistema ta’ tisfija u ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-Bierzo Bajo” (CCI 2000.ES.16.C.PE.036), hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.