Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Diċembru 2012 - Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta' Ottubru 2012, li tirrifjuta l-aċċess għal dokument prodott fil-kuntest tal-operazzjoni ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6166 - NYSE Euronext/Deutsche Börse); u

tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li ma tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 . Dan huwa partikolarment minnu għall-eċċezzjonijiet li l-Kummissjoni tirreferi għalihom fid-deċiżjoni, jiġifieri t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li kieku waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet kellha tapplika, id-deċiżjoni tonqos milli tikkunsidra jekk aċċess, għall-inqas parzjali (jew revedut), għad-dokument mitlub huwiex possibbli skont l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent għandu dritt għal aċċess għad-dokument mitlub minħabba raġunijiet imperattivi ta' interess pubbliku li d-dokument inkwistjoni jsir disponibbli, skont l-Artikoli 4(2) u 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)