Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Dalli vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/12) 1

(“Membru tal-Kummissjoni – Investigazzjoni tal-OLAF – Allegata deċiżjoni verbali tal-President tal-Kummissjoni li ttemm il-funzjonijiet tal-persuna kkonċernata – Rikors għal annullament – Assenza ta’ att li jista’ jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Rikors għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: John Dalli (San Ġiljan, Malta) (rappreżentanti: L. Levi, A.-M Alamanou u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, J. Baquero Cruz u J.-P. Keppenne, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni verbali allegatament meħuda mill-President tal-Kummissjoni, fis-16 ta’ Ottubru 2012, li ttemm il-funzjonijiet tar-rikorrent bħala Membru tal-Kummissjoni u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent b’konsegwenza ta’ din id-deċiżjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.John Dalli huwa kkundannat għall-ispejjeż.