Language of document : ECLI:EU:T:2014:937





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2014 —
Kaatsu Japan vs UASI (KAATSU)


(Kawża T‑567/12)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KAATSU — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punt 19)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Għan — Obbligu ta’ disponibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punt 27)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 28, 29)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade mark verbali KAATSU (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 35-39)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju — Rispett tad-drittijiet tad-difiża (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 75, it-tieni sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 49-51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 435/2012‑2), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali KAATSU bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kaastsu Japan Co.Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.