Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Novembru 2011 - Transnational Company "Kazchrome" u ENRC Marketing vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-107/08)

"Dumping - Importazzjonijiet tas-silikomanganiż li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Każakistan - Rikors għal annullament - Prezz tal-esportazzjoni - Paragun bejn il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali - Kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezzijiet - Responsabbiltà mhux kuntrattwali"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Transnational Company "Kazchrome" AO (Aktioubé, il-Każakistan); u ENRC Marketing AG (Kloten, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment L. Ruessmann u A. Willems, sussegwentement A. Willems u S. De Knop, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Hix, aġent, assistit minn de G. Berrisch u G. Wolf, avukati, sussegwentement J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn de G. Berrisch, avukat); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Euroalliages (Brussell, Il-Belġju) (rappreżentanti: J. Bourgeois, Y. van Gerven u N. McNelis, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007, tal-4 ta' Diċembru 2007, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tas-siliko-manganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakstan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' siliko-manganiż li joriġinaw fl-Ukrajna (ĠU L 317, p. 5) sa fejn dan jikkonċerna l-importazzjonijiet tas-silikomanganiż prodotti minn Transnational Company "Kazchrome" AO, u min-naħa l-oħra, talba għal danni.

Dispożittiv

    L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1420/2007, tal-4 ta' Diċembru 2007, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' silikomanganiż li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fil-Każakstan u li jtemm il-proċediment dwar l-importazzjonijiet ta' silikomanganiż li joriġinaw fl-Ukrajna, huwa annullat sa fejn japplika għall-importazzjonijiet ta' silikomanganiż prodott minn Transnational Company "Kazchrome" AO.

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    Transnational Company "Kazchrome" u ENRC Marketing AG għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati nofs l-ispejjeż ta' Transnational Company "Kazchrome" u ta' ENRC Marketing kif ukoll l-ispejjeż tiegħu stess.

    Euroalliages għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 - ĠU C 116 tad-9.05.2008.