Language of document : ECLI:EU:T:2008:119





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ April 2008 – CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Fatti ġodda – Assenza – Inammissibbiltà – Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – “Fumus boni juris” – Urġenza – Natura kumulattiva (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 15-16)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Ċaħda tat-talba (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 109) (ara l-punti 25-28)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu Nru 3240912189, tas-17 ta’ Diċembru 2007, relattiva għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 4645, tal-4 ta’ Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) favur iċ-CPEM bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta’ Awwissu 1999.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.