Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' April 2008 - CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08 R)

("Miżuri provviżorji - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Fatti ġodda - Assenza - Inammissibbiltà - Artikolu 109 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avocat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni tan-nota ta' debitu Nru 3240912189, tas- 17 ta' Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, ta' l-4 ta' Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) favur is-CPEM bid-Deċiżjoni C(1999) 2645, tas- 17 ta' Awwissu 1999

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma riżervati.

____________