Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Ġunju 2009 - CPEM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-106/08)1

("Rikors għal annullament - Nota ta' debitu - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att konfermatorju - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rikors manifestament infondat fid-dritt")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) (Marsilja, Franza) (rappreżentant: C. Bonnefoi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: L. Flynn u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tan-nota ta' debitu Nru 3240912189, tas-17 ta' Diċembru 2007, fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4645, tal-4 ta' Ottubru 2007, li tħassar l-għajnuna mogħtija mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bid-Deċiżjoni C (1999) 2645, tas-17 ta' Awwissu 1999.

Dispożittiv

It-talba għal annullament hija miċħuda bħala inammissibbli.

It-talba għad-danni hija miċħuda bħala manifestament infondata fid-dritt.

Is-Centre de promotion de l'emploi par la micro-entreprise (CPEM) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 107, 26.4.2008.