Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 - Advance Magazine Publishers vs UASI - Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-382/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: J. Capela & Irmãos, Lda. (Porto, il-Portugal)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 328/2003-2 billi tikkonstata li l-appell imressaq mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell huwa fondat u, għalhekk, tiċħad l-oppożizzjoni u taċċetta t-trade mark Komunitarja kkonċernata;

alternattivament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta' Ġunju 2008 fil-każ R 328/2003-2; u

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-appell quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark "VOGUE" għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 16, 25, u 41

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark Portugiża bin-numru ta' reġistrazzjoni 143 183 tat-trade mark verbali "VOGUE Portugal għal prodotti fil-klassi 25; isem kummerċjali Portugiż Nru 32 046 "VOGUE-SAPATARIA"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Laqgħat l-oppożizzjoni kompletament

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħad l-appell

Motivi invokati: (i) Ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u tar-Regola 22 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 peress li l-Bord tal-Appell kkunsidra b'mod żbaljat li l-provi li tressqu mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kienu prova ta' użu ġenwin tat-trade mark preċedenti; (ii) Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ddeċieda b'mod żbaljat li l-prodotti inkwistjoni kienu simili; (iii) Ksur tal-Artikoli 61(1) u 62(2) tar-Regolament tal-Kunsill safejn il-Bord tal-Appell b'mod żbaljat ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-fatt li r-rikorrenti naqset milli tikkontesta l-kunsiderazzjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni dwar il-prova tal-użu jew dwar ix-xebh tal-oġġetti u s-servizzi inkwistjoni, kif ukoll fuq il-fatt li quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni r-rikorrenti kkunsidrat impliċitament li l-prova tal-użu kienet suffiċjenti.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p.1)