Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Marzu 2012 - Mustang vs UASI - Decathlon (Linja mmewwġa)

(Kawża T-379/08) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw linja mgħawwġa bajda fuq sfond iswed - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mustang - Bekleidungswerke GmbH & Co. KG (Künzelsau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett et K. Weimer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Pethke, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Decathlon SA (Villeneuve d'Ascq, Franza) (rappreżentant: P. Demoly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Lulju 2008 (Każ R 859/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Decathlon SA u Mustang - Bekleidungswerke GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mustang - Bekleidungswerke GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.