Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Settembru 2012 - DAI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/08) 

("Agrikoltura - Zokkor - Skema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea - Regolamenti (KE) Nru 320/2006 u Nru 928/2006 - Deċiżjoni 2008/445/KE - Għajnuna retroattiva għar-ristrutturazzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: DAI - Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment J. da Cruz Vilaça, L. Romão u A. Mestre, sussegwentement minn R. Oliveira, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Afonso u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/445/KE, tal-11 ta' Ġunju 2008, li tistabbilixxi għal kull Stat Membru l-ammonti ta' għajnuna retroattiva għar-ristrutturar lill-produtturi u lill-impriżi li rristrutturaw fis-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 fil-kwadru tal-iskemi temporanji għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità Ewropea (ĠU L 156, p. 20).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

DAI - Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 313, 06.12.2008.