Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta' Settembru 2008 - DAI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: DAI - Sociedade de Desenvolvimento Agro-Industrial, SA (Coruche, il-Portugall) (rappreżentanti: J. da Cruz Vilaça, L. Romão u A. Mestre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors bħala ammissibbli;

tilqa' l-ilment u tannulla parzjalment id-Deċiżjoni 2008/445/KE tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, tal-11 ta' Ġunju 2008, li tistabbilixxi għal kull Stat Membru l-ammonti ta' għajnuna retroattiva għar-ristrutturar lill- produtturi u lill- impriżi li rristrutturaw fis-snin tas-suq 2006/2007 u 2007/2008 fil-kwadru tal-iskemi temporanji għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (notifikata bid-dokument Nru C(2008) 2557) 1, jiġifieri dik il-parti li tirreferi għall-ammont mogħti bħala għajnuna għar-ristrutturar lill-produtturi u l-impriżi li wettqu ristrutturar fis-snin tas-suq 2006/07 u 2007/08;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tal-Artikolu 1(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 2 u tal-Artikolu 16a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 3.

Ksur tal-prinċipji ta' trattament ugwali, ta' ċertezza legali u ta' non-retroattività tal-liġi.

____________

1 - ĠU L 156, p. 20.

2 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1261/2007 tad- 9 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 8).

3 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1264/2007 tas- 26 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 968/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (ĠU L 283, p. 16)