Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Jannar 2011 - Advance Magazine Publishers vs UASI - Capela & Irmãos (VOGUE)

(Kawża T-382/08) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Aplikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE Portugal - Nuqqas ta' użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Esteve Sanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: J. Capela & Irmãos, Lda (Porto, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta' Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn J. Capela & Irmãos, Lda u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Ġunju 2008 (Każ R 328/2003-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Advance Magazine Publishers, Inc.

____________

1 - ĠU C 301, 22.11.2008.