Language of document : ECLI:EU:T:2007:309





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2007 – InterVideo vs UASI (WinDVD Creator)

(Kawża T-105/06)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva WinDVD Creator – Raġunijiet assoluti għal rifjut − Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 46, 52)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 74(1)) (ara l-punti 41-42)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tal-31 ta’ Jannar 2006 (Każ R 987/2005-2), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva WinDVD Creator bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant tat-trade mark Komunitarja:

InterVideo Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva WindDVD Creator għal prodotti fil-klassi 9 – applikazzjoni Nru 4106936

Deċiżjoni ta’ l-Eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

InterVideo Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.