Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2008 - Demp vs L-UASI - BAU HOW (BAU HOW)

(Kawża T-106/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattia BAU HOW - Trade marks figurattivi preċedenti BAUHAUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(a) u (b) u Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV, li qabel kienet Demp Holding BV (Maastricht, L-Olanda) (rappreżentanti: R.-D. Härer, C. Schultze, J. Ossing u C. Weber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: BAU HOW GmbH (Hattersheim/Okriftel, Il-Ġermanja)

Suġġett tal-kawża

Rikors imressaq kontra d-Deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-31 ta' Jannar 2006 (Kawża R 92/2004-4) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Demp BV u BAU HOW GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 143, 17.6.2006.