Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Ottubru 2007 - InterVideo vs L-UASI (WinDVD Creator)

(Kawża T-105/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva WinDVD Creator − Raġuni relattiva għal rifjut − Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: InterVideo Inc. (Fremont, Kalifornja, L-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Mondéjar, aġent)

Suġġett tal-kawża

Rikors mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-31 ta' Jannar 2006 (kawża R 987/2005-2), li tirrigwarda r-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva WinDVD Creator bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

InterVideo Inc. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 121, ta' l-20.05.2006