Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2012 - Duff Beer vs UASI - Twentieth Century Fox Film (Duff)

(Kawża T-87/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Duff Beer UG (Eschwege, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Twentieth Century Fox Film Corporation (Los Angeles, l-Istati Uniti)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Diċembru 2011 (Każ R 0456/2011-4) u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta' Jannar 2011 (Nru B 1 603 771);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti;

sussidjarjament: tissospendi l-proċeduri sal-għoti ta' deċiżjoni definittiva dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' revoka li tinsab pendenti quddiem l-UASI fil-Każ 000005227 C u dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 001341130 li tinsab pendenti quddiem The Court of Commerce of Brussels fil-Każijiet 2009/6122 u 2009/6129.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bil-kuluri iswed, abjad u aħmar "Duff", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32, 35 u 41 (Applikazzjoni Nru 8 351 091)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Twentieth Century Fox Film Corporation

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva "Duff BEER" (Trade mark Komunitarja Nru 1 341 130) għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 35

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn ma hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u ksur tar-Regola 20(7)(ċ) flimkien mar-Regola 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 minħabba eżerċizzju żbaljat tas-setgħa diskrezzjonali fir-rigward tat-talba tar-rikorrenti għas-sospensjoni tal-proċedimenti ta' appell.

____________