Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Frar 2012 - Elegant Target Development et vs Il-Kunsill

(Kawża T-90/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elegant Target Development Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina); Eternal Expert Ltd (Ħong Kong); Giant King Ltd (Ħong Kong); Golden Charter Development Ltd (Ħong Kong); Golden Summit Investments Ltd (Ħong Kong); Golden Wagon Development Ltd (Ħong Kong); Grand Trinity Ltd (Ħong Kong); Great Equity Investments Ltd (Ħong Kong); Great Prospect International Ltd (Ħong Kong); Harvest Supreme Ltd (Ħong Kong); Key Charter Development Ltd (Ħong Kong); King Prosper Investments Ltd (Ħong Kong); Master Supreme International Ltd (Ħong Kong); Metro Supreme International Ltd (Ħong Kong); Modern Elegant Development Ltd (Ħong Kong); Prosper Metro Investments Ltd (Ħong Kong); Silver Universe International Ltd (Ħong Kong); and Sparkle Brilliant Development Ltd (Ħong Kong) (rappreżentanti: F. Randolph, M. Lester, barristers, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK 2 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011 , sa fejn l-ismijiet tar-rikorrenti ġew inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba' motivi.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut naqas milli jagħti raġunijiet adegwati jew suffiċjenti għall-inklużjoni tal-ismijiet tagħhom fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Fil-kuntest tat-tieni motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut naqas milli jwettaq il-kriterji ta' elenkar u/jew wettaq żball manifest ta' evalwazzjoni fid-determinazzjoni li dawk il-kriterji ġew sodisfatti fir-rigward tagħhom u/jew inkludihom mingħajr bażi legali adegwata biex jagħmel hekk.

Fil-kuntest tat-tielet motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut naqas milli jiggarantixxi d-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tagħhom.

Fil-kuntest tar-raba' motiv tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-konvenut kiser, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju, u tar-reputazzjoni tagħhom.

____________

1 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71)

2 - Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11)