Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2012 - Repsol YPF vs UASI - Ajuntament de Roses (R)

(Kawża T-89/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. B. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ajuntament de Roses (Roses (Girona), Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa' dan ir-rikors, bid-dokumenti kollha tiegħu u bil-kopji korrispondenti;

tiddikjara l-provi prodotti ammissibbli;

billi taċċetta dawn il-provi, tannulla u tiddikkjara inapplikabbli d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Diċembru 2011, u, konsegwentement, taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 440 407 "R" għall-prodotti fil-klassi 25 li għalihom kienet oriġinarjament saret l-applikazzjoni, u għall-prodotti fil-klassi 35 li għalihom kienet ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni tat-trade mark ;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "R" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 41 (Reġistrazzjoni Nru 7440407)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ajuntament de Roses

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva Spanjola Nru 2593913 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 9, 16, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għal ċerti prodotti u servizzi li kontrihom din tressqet, fil-klassijiet 25 u 35, u applikazzjoni miċħdua fir-rigward ta' dawn il-prodotti

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn is-sinjali kunfliġġenti

____________