Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2013 – Repsol YPF vs UASI – Ajuntament de Roses (R)

(Kawża T-89/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade Komunitarja figurattiva R – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti R – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Repsol YPF, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Ajuntament de Roses (Roses, Spanja)

Suġġett

Rikors mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 1815/2010-2), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ajuntament de Roses u Repsol YPF, SA.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Repsol YPF, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 126, 28.04.2012.