Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2014 – Duff Beer vs UASI – Twentieth Century Fox Film (Duff)

(Kawża T-87/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Duff Beer UG (haftungsbeschränkt) (Eschwege, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Schindler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Twentieth Century Fox Film Corp. (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Böttger u M. Koch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 456/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Twentieth Century Fox Film Corp. u Duff Beer UG (haftungsbeschränkt).

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

____________

1     ĠU C 109, 14.04.2012.