Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Flying Holding et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-91/12 u T-280/12) 1

[“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u kiri ta’ ajruplani użati bħala taxi - Ċaħda tal-kandidatura - Artikolu 94(b) tar-regolament finanzjarju - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 134(5) tal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-regolament finanzjarju - Rikors għal annullament - Ittra li tirrispondi għal talba tar-rikorrenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Deċiżjoni ta’ attribuzzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Flying Holding NV (Wilrijk, il-Belġju); Flying Group Lux SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Flying Service NV (Deurne, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Doutrelepont u V. Chapoulaud, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Delaude u D. Calciu; sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn V. Vanden Acker, avukat)SuġġettMinn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet inklużi fl-ittri tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 u tas-17 ta’ Jannar 2012 li jiċħdu l-kandidatura ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti ristretta dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru mhux regolari ta’ passiġġieri u l-kiri ta’ ajrupjali użati bħala taxi (ĠU 2011/S 192-312059) kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar 2012 li tattribwixxi l-kuntratt lil kumpannija oħra u, mi

n-naħa l

-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-rikorsi huwa miċħuda.Flying Holding NV, Flying Group Lux SA u Flying Service NV huma kkundannati għall-ispejjeż.