Language of document : ECLI:EU:T:2012:355





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Lulju 2012 — Interspeed vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-587/10)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Relazzjonijiet esterni — Sejħa għal offerti maħruġa mill-EAR li tikkonċerna xogħlijiet fuq il-fruntiera ta’ Preševo (is-Serbja), il-finanzjament għal dawn ix-xogħlijiet u miżuri oħra relatati — Assenza ta’ rabta kawżali”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 38, 56)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Rabta kawżali — Kunċett — Oneru tal-prova — Aġir allegat li jaqa’ fil-kuntest ta’ proċess li jimplika lil terzi — Dannu li huwa kkawżat direttament mill-intervent ta’ wieħed mit-terzi — Intervent mhux marbut mal-aġir allegat — Assenza ta’ rabta kawżali (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punti 39, 40, 58)

3.                     Proċedura ġudizzjarja — Miżuri istruttorji — Perizja — Spezzjoni fuq il-post — Smigħ ta’ xhieda — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti Ġenerali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 66(1)) (ara l-punt 81)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-danni li allegatament irriżultaw minn xogħlijiet imwettqa fuq il-fruntiera ta’ Preševo (is-Serbja) skont kuntratt iffinanzjat mill-EAR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holding kompanija Interspeed a.d. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.