Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Diċembru 2 010 - Deutsche Telekom vs UASI- TeliaSonera Denmark (Lewn ta' maġenta)

(Kawża T-583/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Telekom AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, V. von Bomhard u B. Goebel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: TeliaSonera Denmark A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta' Ottubru 2010, fil-Każ R 463/2009-4;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-konvenut jew lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li din issir intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark ta' kulur li tikkonsisti f'lewn ta' maġenta għal servizi fil-klassijiet 38 u 42 - Trade mark Komunitarja rregistrata taħt in-Nru 212787.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell.

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikoli 4 u 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Każ magħluq wara l-irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud bħala inammissibbli.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 59 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell: (i) naqas milli jevalwa b'mod korrett l-ammissibbiltà tal-appell, u (ii) kiser l-Artikoli 85(3) u 83 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, billi rrifjuta li jirrikonoxxi l-interess leġittimu li jitkomplew il-proċedimenti.

____________