Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2023 – De Capitani vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/21) 1

(“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti li jikkonċernaw proċedura leġiżlattiva pendenti – Gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill – Dokumenti li jikkonċernaw proposta leġiżlattiva li għandha bħala suġġett l-emenda tad-Direttiva 2013/34/UE dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi – Rifjut parzjali tal-aċċess – Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 – Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Emilio De Capitani (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Brouwer, avukat, u S. Gallagher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bauerschmidt u K. Pavlaki, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, M.H.S. Gijzen u J. Langer, aġenti), Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: M. Pere, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz u R. Shahsavan Eriksson, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea SGS 21/000067, tal-14 ta’ Jannar 2021, li permezz tagħha dan tal-aħħar irrifjuta li jagħtih aċċess għal ċerti dokumenti, li għandhom il-kodiċi “WK”, skambjati fi ħdan il-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva 2016/0107 (COD), li għandha bħala suġġett l-emenda tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU 2013, L 182, p. 19).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea SGS 21/000067, tal-14 ta’ Jannar 2021, hija annullata.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Emilio De Capitani.

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 206, 31.5.2021.